25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Sociale Verzekeringsbank vs F. van den Berg (C-95/18), H. D. Giesen (C-95/18), C. E. Franzen (C-96/18)
(Kawża C-95/18 u C-96/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikolu 13 - Leġiżlazzjoni applikabbli - Resident ta’ Stat Membru li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Benefiċċju relatat mal-iskema ta’ assigurazzjoni għax-xjuħija jew mal-allowances tal-familja - Stat Membru ta’ residenza u Stat Membru ta’ impjieg - Rifjut)
(2019/C 399/11)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sociale Verzekeringsbank
Konvenuti: F. van den Berg (C-95/18), H. D. Giesen (C-95/18), C. E. Franzen (C-96/18)
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 45 u 48 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha ħaddiem migrant li jirrisjedi fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, suġġett għal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru ta’ impjieg, fuq il-bażi tal-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendat u aġġornat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97 tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006, ma huwiex assigurat fuq il-bażi tal-assigurazzjonijiet soċjali ta’ dan l-Istat Membru ta’ residenza, minkejja li l-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ impjieg ma tagħti ebda dritt għal pensjoni tax-xjuħija jew għall-benefiċċji tal-familja lil dan il-ħaddiem.
2)
L-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 1992/2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru li fit-territorju tiegħu jirrisjedi ħaddiem migrant u li ma huwiex kompetenti fuq il-bażi ta’ dan l-artikolu jissuġġetta l-għoti ta’ dritt għal pensjoni tax-xjuħija lil dan il-ħaddiem migrant għal obbligu ta’ assigurazzjoni, li jinvolvi l-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet obbligatorji.
(1) ĠU C 161, 7.5.2018
Full & Egal Universal Law Academy