25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Noord-Nederland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – proċeduri kriminali kontra ET
(Kawża C-97/18) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku tal-ordnijiet ta’ konfiska - Deċiżjoni Qafas 2006/783/ĠAI - Artikolu 12(1) u (4) - Leġiżlazzjoni li tirregola l-eżekuzzjoni - Leġiżlazzjoni tal-Istat ta’ eżekuzzjoni li tawtorizza l-użu tal-priġunerija għal dejn fil-każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-miżura ta’ konfiska - Konformità - Leġiżlazzjoni tal-Istat emittenti li tawtorizza wkoll l-użu tal-priġunerija għal dejn - Assenza ta’ effett))
(2019/C 72/03)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Noord-Nederland
Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali
ET
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 12(1) u (4) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/ĠAI tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta’ konfiska għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ta’ Stat ta’ eżekuzzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ konfiska mogħtija fi Stat emittenti, tawtorizza, jekk ikun il-każ, l-użu ta’ priġunerija għal dejn.
2)
Il-fatt li l-leġiżlazzjoni tal-Istat emittenti tawtorizza wkoll l-użu eventwali tal-priġunerija għal dejn ma jaffettwa bl-ebda mod l-applikazzjoni ta’ tali miżura fl-Istat ta’ eżekuzzjoni.
(1) ĠU C 182, 28.5.2018.