1.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tat-2 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven — il-Pajjiżi l-Baxxi) — T. Boer & Zonen BV vs Staatssecretaris van Economische Zaken
(Kawża C-98/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tas-saħħa - Pakkett ta’ iġjene - Regolament (KE) Nru 853/2004 - Iġjene tal-prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali - Obbligi tal-operaturi fis-settur tal-ikel - Rekwiżiti speċifiċi - Laħam ta’ ungulati domestiċi - Ħażna u trasport - Kundizzjonijiet ta’ temperatura tal-laħam)
(2019/C 220/07)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het Bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: T. Boer & Zonen BV
Konvenut: Staatssecretaris van Economische Zaken
Dispożittiv
Il-punti 1 u 3 tal-Kapitolu VII tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali għandhom jiġu interpretati fis-sens li wara l-qatla l-laħam għandu jitkessaħ fil-bini tal-biċċerija stess sakemm il-laħam jilħaq, fil-partijiet kollha tiegħu, temperatura ta’ mhux iktar minn 7 gradi Celsius, qabel ma jseħħ kwalunkwe trasbord ta’ dan il-laħam f’vettura li tkessaħ.
(1) ĠU C 152, 30.4.2018.