9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Lulju 2019 — FTI Touristik GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Harald Prantner, Daniel Giersch
(Kawża C-99/18 P) (1)
(Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Artikolu 8(1)(b) - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-marka figurattiva li tinkludi l-element verbali “Fl” - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “” - Ċaħda - Xebh tas-sinjali - Isem f’kitba standard fil-Bulettin tat-trademarks tal-Unjoni Ewropea - Probabbiltà ta’ konfużjoni)
(2019/C 305/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: FTI Touristik GmbH (rappreżentant: A. Parr, Rechtsanwältin)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: D. Walicka u D. Botis, aġenti), Harald Prantner, Daniel Giersch (rappreżentant: S. Eble, Rechtsanwalt)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
FTI Touristik GmbH hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
3)
Harald Prantner u Daniel Giersch għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 182, 28.5.2018.