12.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Línea Directa Aseguradora SA vs Segurcaixa Sociedad Anónima de Seguros y Reaseguros
(Kawża C-100/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 2009/103/KE - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 - Kunċett ta’ “użu ta’ vetturi” - Dannu materjali kkawżat lil proprjetà immobbli minn ħruq ta’ vettura pparkjata fil-parkeġġ privat ta’ din il-proprjetà - Kopertura mill-assigurazzjoni obbligatorja)
(2019/C 270/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Línea Directa Aseguradora SA
Konvenuta: Segurcaixa Sociedad Anónima de Seguros y Reaseguros
Dispożittiv
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà għandu jiġi interpretat fis-sens li sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha vettura pparkjata f’garaxx privat ta’ bini li tintuża konformement mal-funzjoni ta’ trasport tagħha tkun ħadet in-nar, u b’hekk tikkawża inċendju, li joriġina miċ-ċirkwit elettriku ta’ dik il-vettura, u jikkawża ħsara lil dak il-bini, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “użu ta’ vetturi” imsemmi f’dik id-dispożizzjoni, anki jekk il-vettura msemmija ma tkunx instaqet għal iktar minn 24 siegħa qabel ma jkun seħħ l-inċendju.
(1) ĠU C 161, 07.05.2018.
Full & Egal Universal Law Academy