3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/25
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-28 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Idi Srl vs Arcadis — Agenzia Regionale Campana Difesa Suolo
(Kawża C-101/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet pubbliċi, għal provvisti u għal servizzi - Direttiva 2004/18/KE - Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) - Sitwazzjoni personali tal-kandidat jew tal-offerent - Possibbiltà għall-Istati Membri li jeskludi mill-parteċipazzjoni fis-suq pubbliku kwalunkwe operatur li huwa s-suġġett ta’ proċedura ta’ arranġament mal-kredituri - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-esklużjoni ta’ persuni li kontrihom proċedura għad-dikjarazzjoni ta’ arranġament mal-kredituri hija “pendenti”, ħlief fil-każ fejn il-pjan ta’ arranġament mal-kredituri jipprevedi t-tkomplija tal-attività - Operatur li ppreżenta rikors għal arranġament mal-kredituri, filwaqt li jirriżerva l-possibbiltà li jippreżenta pjan li jipprevedi t-tkomplija tal-attività)
(2019/C 187/28)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Idi Srl
Konvenuta: Arcadis — Agenzia Regionale Campana Difesa Suolo
fil-preżenza ta’: Regione Campania
Dispożittiv
Il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti li jiġi eskluż minn proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku operatur ekonomiku li, fid-data tad-deċiżjoni ta’ esklużjoni, ippreżenta rikors sabiex jikseb il-benefiċċju ta’ arranġament mal-kredituri, filwaqt li jirriżerva l-possibbiltà li jippreżenta pjan li jipprevedi t-tkomplija tal-attività tiegħu.
(1) ĠU C 166, 14.5.2018.