11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Köln – il-Ġermanja) – Kawża mressqa minn Klaus Manuel Maria Brisch
(Kawża C-102/18) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 650/2012 - Artikolu 65(2) - Ċertifikat ta’ suċċessjoni Ewropew - Talba għal ċertifikat - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nruo1329/2014 - Natura obbligatorja jew fakultattiva ta’ formola stabbilita skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1329/2014))
(2019/C 93/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Klaus Manuel Maria Brisch
Dispożittiv
L-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni, u l-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1329/2014 tad-9 ta’ Diċembru 2014 li jistabbilixxi l-Formoli msemmija fir-Regolament (UE) Nru 650/2012, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, għal talba għal ċertifikat ta’ suċċessjoni Ewropew, fis-sens tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament Nru 650/2012, l-użu tal-formola IV, li tinsab fl-Anness 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1329/2014, huwa fakultattiv.
(1) ĠU C 142, 23.04.2018
Full & Egal Universal Law Academy