11.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/19
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 – Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AȘ vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Joaquín Nadal Esteban
(Kawża C-104/18 P) (1)
(Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità - Artikolu 52(1)(b) - Mala fide matul il-preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark)
(2019/C 383/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AȘ (représentants: J. Güell Serra u E. Stoyanov Edissonov, abogados)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent), Joaquín Nadal Esteban (rappreżentant: J. Donoso Romero, abogado)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-30 ta’ Novembru 2017, Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Nadal Esteban (STYLO & KOTON) (T-687/16, EU:T:2017:853), hija annullata.
2)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-14 ta’ Ġunju 2016 (Każ R 1779/2015-2), hija annullata.
3)
It-talba intiża sabiex it-trade mark ikkontestata tiġi ddikjarata invalida hija miċħuda.
4)
Joaquín Nadal Esteban u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huma kkundannati jbatu, f’partijiet ugwali, l-ispejjeż sostnuti minn Koton Mağazacilik Tekstil Sanayi ve Ticaret AȘ relatati kemm mal-proċedura tal-ewwel istanza fil-Kawża T-687/16 kif ukoll ma’ dik tal-appell.
(1) ĠU C 152, 30.4.2018.