11.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ Settembru 2019 – HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-123/18 P) (1)
(Appell - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran - Kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mill-appellanti minħabba l-inklużjoni ta’ isimha fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Rikors għad-danni - Kundizzjonijiet meħtieġa għall-istabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea - Kunċett ta’ “ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali tal-Unjoni” - Evalwazzjoni - Kunċett ta’ “kumpannija miżmuma jew ikkontrollata” - Obbligu ta’ motivazzjoni)
(2019/C 383/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH (rappreżentant: M. Schlingmann, Rechtsanwalt)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u M. Bishop, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Tricot, M. Kellerbauer u C. Zadra, sussegwentement R. Tricot, C. Hödlmayr u C. Zadra, aġenti)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Diċembru 2017, HTTS vs Il-Kunsill (T-692/15, EU:T:2017:890) hija annullata.
2)
Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 161, 7.5.2018.