8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — ir-Repubblika Ċeka) — A-PACK CZ s.r.o. vs Odvolací finanční ředitelství
(Kawża C-127/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 90 u 273 - Nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali, mid-debitur, tas-somma dovuta lil persuna taxxabbli abbażi ta’ tranżazzjoni suġġetta għall-VAT - Valur taxxabbli - Tnaqqis - Prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità)
(2019/C 230/14)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: A-PACK CZ s.r.o.
Konvenuta: Odvolací finanční ředitelství
Dispożittiv
L-Artikolu 90 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li l-persuna taxxabbli ma tistax tirrettifika l-valur taxxabbli għall-VAT, f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali, mid-debitur tagħha, ta’ somma dovuta abbażi ta’ tranżazzjoni suġġetta għal din it-taxxa, jekk l-imsemmi debitur ma jkunx għadu suġġett għall-VAT.
(1) ĠU C 152, 30.4.2018
Full & Egal Universal Law Academy