6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidsrechtbank Antwerpen — il-Belġju) — Maria Vester vs Rijksinstituut voor ziekte- en invaliditeitsverzekering
(Kawża C-134/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Skemi ta’ sigurtà soċjali - Benefiċċji tal-invalidità - Artikoli 45 u 48 TFUE - Moviment liberu tal-ħaddiema - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Skemi distinti ta’ allowance skont l-Istati Membri - ‘Perijodu minn qabel ta’ inkapaċità għax-xogħol’ - Tul taż-żmien - Għoti tal-allowance ta’ inkapaċità għax-xogħol - Żvantaġġi għall-ħaddiema migranti)
(2019/C 155/16)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Arbeidsrechtbank Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maria Vester
Konvenut: Rijksinstituut voor ziekte- en invaliditeitsverzekering
Dispożittiv
L-Artikoli 45 u 48 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha ħaddiem, li kien inkapaċi għax-xogħol matul sena u li ġie rrikonoxxut bħala persuna invalida mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza tiegħu mingħajr għaldaqstant ma jkun jista’ jibbenefika minn allowance tal-invalidità abbażi tal-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru, jiġi impost fuqu, mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa kkompleta l-perijodi ta’ assigurazzjoni tiegħu kollha, perijodu ta’ inkapaċità għax-xogħol addizzjonali ta’ sena sabiex jiġi rrikonoxxut lilu l-istatus bħala persuna invalida u jingħatawlu l-benefiċċji tal-invalidità pro rata, mingħajr madankollu ma jirċievi allowance ta’ inkapaċità għax-xogħol matul dan il-perijodu.
(1) ĠU C 182, 28.5.2018.