17.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 206/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ April 2019 — CJ vs Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard
(Kawża C-139/18 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) - Rapport ta’ evalwazzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2011 - Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tagħlaq il-proċedura ta’ evalwazzjoni)
(2019/C 206/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: CJ (rappreżentant: V. Kolias, dikigoros)
Parti oħra fil-proċedura: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (rappreżentanti: J. Mannheim, A. Daume, aġenti, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta’ Diċembru 2017, CJ vs ECDC (T-602/16, mhux ippubblikata, EU:T:2017:893), hija annullata.
2)
Id-deċiżjoni tal-evalwatur tal-appell taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), tal-21 ta’ Settembru 2015, li trendi definittiva l-proċedura ta’ evalwazzjoni ta’ CJ għas-sena 2011 hija annullata.
3)
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn CJ, relatati kemm mal-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll dik tal-appell.
(1) ĠU C 211, 18.6.2018.