8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León — Spanja) — Violeta Villar Láiz vs Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)
(Kawża C-161/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tas-sigurtà soċjali - Direttiva 79/7/KEE - Artikolu 4 - Projbizzjoni ta’ kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess - Diskriminazzjoni indiretta - Xogħol part-time - Kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar)
(2019/C 230/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Castilla y León
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Violeta Villar Láiz
Konvenuti: Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS), Tesorería General de la Seguridad Social (TGSS)
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7 tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, skont liema l-ammont tal-pensjoni ta’ rtirar ta’ tip kontributtiv ta’ ħaddiem part-time huwa kkalkolat billi jiġi mmultiplikat ammont bażiku, stabbilit minn remunerazzjonijiet effettivament miġbura u kontribuzzjonijiet effettivament imħallsa, b’perċentwali li tirrifletti t-tul tal-perijodu ta’ kontribuzzjoni, fejn dan il-perijodu huwa assenjat minn koeffiċjent ta’ tnaqqis ugwali mar-rapport bejn iż-żmien ta’ xogħol part-time effettivament imwettaq u ż-żmien ta’ xogħol imwettaq minn ħaddiem part-time paragunabbli biż-żieda tal-applikazzjoni ta’ koeffiċjent ta’ 1.5 sa fejn l-imsemmija leġiżlazzjoni tpoġġi fi żvantaġġ b’mod partikolari lill-ħaddiema nisa meta mqabbla mal-ħaddiema rġiel.
(1) ĠU C 190, 4.6.2018