6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège — il-Belġju) — Jean Jacob, Dominique Lennertz vs État belge
(Kawża C-174/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Ugwaljanza fit-trattament - Taxxa fuq id-dħul - Leġiżlazzjoni għall-ħelsien mit-taxxa doppja - Pensjoni rċevuta fi Stat Membru differenti minn dak ta’ residenza - Modi ta’ kalkolu tal-eżenzjoni fl-Istat Membru ta’ residenza - Telf ta’ parti mill-benefiċċju ta’ ċerti vantaġġi fiskali)
(2019/C 155/17)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Jean Jacob, Dominique Lennertz
Konvenut: État belge
Dispożittiv
L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha l-effett li ċċaħħad kopja residenti f’dan l-Istat, li wieħed mill-membri tagħha jirċievi pensjoni fi Stat Membru ieħor li hija eżentata mit-taxxa fl-ewwel Stat Membru abbażi ta’ ftehim bilaterali intiż għall-ħelsien mit-taxxa doppja, minn parti mill-benefiċċju tal-vantaġġi fiskali mogħtija minn dan.
(1) ĠU C 166, 14.5.2018