8.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 131/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-13 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidsrechtbank Gent — il-Belġju) — Ronny Rohart vs Federale Pensioendienst
(Kawża C-179/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Drittijiet għall-pensjoni taħt l-iskema nazzjonali tal-pensjoni għall-ħaddiema impjegati - Rifjut li jittieħed inkunsiderazzjoni l-perijodu tas-servizz militari obbligatorju mwettaq minn uffiċjal tal-Unjoni Ewropea wara d-dħul fil-kariga tiegħu - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali)
(2019/C 131/17)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Arbeidsrechtbank Gent
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ronny Rohart
Konvenut: Federale Pensioendienst
Dispożittiv
L-Artikolu 4(3) TUE, inkonnessjoni mar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll il-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra ta’ dawn il-Komunitajiet, u li jistabbilixxi miżuri partikolari applikabbli temporanjament għall-uffiċjali tal-Kummissjoni, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta’ Marzu 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li, meta jiġu ddeterminati d-drittijiet għall-pensjoni ta’ ħaddiem li okkupa impjieg bħala ħaddiem impjegat f’dan l-Istat Membru qabel ma sar uffiċjal tal-Unjoni Ewropea u li wettaq, wara li sar uffiċjal tal-Unjoni, is-servizz militari obbligatorju tiegħu f’dan l-Istat Membru, dan il-ħaddiem għandu jiġi mċaħħad mill-benefiċċju tal-assimilazzjoni tal-perijodu li matulu serva fil-forzi armati ma’ perijodu ta’ xogħol effettiv bħala ħaddiem impjegat, benefiċċju li kien ikun intitolat għalih li kieku kien jeżerċita, fil-mument li fih issejjaħ sabiex iwettaq dan is-servizz jew matul minn tal-inqas sena matul it-tliet snin wara li lesta s-servizz militari obbligatorju tiegħu, impjieg kopert mill-iskema tal-pensjoni nazzjonali.
(1) ĠU C 182, 28.5.2018.