9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja — Agrenergy Srl (C-180/18 u C-286/18), Fusignano Due Srl (C-287/18) vs Ministero dello Sviluppo Economico
(Kawżi magħquda C-180/18, C-286/18 u C-287/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2009/28/KE - Artikolu 3(3)(a) - Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli - Produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn installazzjonijiet fotovoltajċi solari - Modifika ta’ skema ta’ għajnuna - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi)
(2019/C 305/20)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agrenergy Srl (C-180/18 u C-286/18), Fusignano Due Srl (C-287/18)
Konvenut: Ministero dello Sviluppo Economico
Dispożittiv
Bla ħsara għall-verifiki li għandhom isiru mill-qorti tar-rinviju u b’kunsiderazzjoni għall-fatturi rilevanti kollha, l-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 2009/28 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, moqri fid-dawl tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni ta’ aspettattivi leġittimi, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lil Stat Membru jipprovdi t-tnaqqis, jew saħansitra t-tneħħija, ta’ rati inċentivali għall-enerġija prodotta minn installazzjonijiet solari fotovoltajċi introdotti preċedentement.
(1) ĠU C 182, 28.5.2018.
ĠU C 249, 16.7.2018.