11.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/23
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato - l-Italja) – Pollo del Campo S.c.a., Avi Coop Società Cooperativa Agricola (C-199/18), C.A.F.A.R. – Società Agricola Cooperativa, Società Agricola Guidi di Roncofreddo di Guidi Giancarlo e Nicolini Fausta (C-200/18) vs Regione Emilia-Romagna, Azienda Unità Sanitaria Locale 104 di Modena, A.U.S.L. Romagna (C-199/18 u C-200/18) u SAIGI Società Cooperativa Agricola a r.l., MA.GE.MA. Società Agricola Cooperativa vs Regione Emilia-Romagna, A.U.S.L. Romagna (C-343/18)
(Kawżi Magħquda C-199/18, C-200/18 u C-343/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Regolament (KE) Nruo882/2004 - Artikolu 27 - Spezzjonijiet uffiċjali marbuta mal-għalf tal-annimali u mal-prodotti tal-ikel - Finanzjament - Tariffi jew taxxi dovuti għal spezzjonijiet uffiċjali - Possibbiltà għall-Istati Membri li jeżoneraw ċerti kategoriji ta’ operaturi - Rati minimi ta’ tariffi)
(2019/C 383/24)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pollo del Campo S.c.a., Avi Coop Società Cooperativa Agricola (C-199/18), C.A.F.A.R. – Società Agricola Cooperativa, Società Agricola Guidi di Roncofreddo di Guidi Giancarlo e Nicolini Fausta (C-200/18) u SAIGI Società Cooperativa Agricola a r.l., MA.GE.MA. Società Agricola Cooperativa (C-343/18)
Konvenuti: Regione Emilia-Romagna, Azienda Unità Sanitaria Locale 104 di Modena, A.U.S.L. Romagna (C-199/18 u C-200/18) u Regione Emilia-Romagna, A.U.S.L. Romagna (C-343/18)
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar s-saħħa ta’ l-annimali u l-welfare ta’ l-annimali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprovdi li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jimponu l-ħlas ta’ tariffi marbuta ma’ spezzjonijiet uffiċjali li jirrigwardaw l-attivitajiet elenkati fit-Taqsima A tal-Anness IV u fit-Taqsima A tal-Anness V ta’ dan ir-regolament, ukoll fir-rigward ta’ operaturi fis-settur tal-ikel u fis-settur tal-għalf tal-annimali li jeżerċitaw l-attivitajiet ta’ tbiċċir u ta’ tqattigħ ta’ laħam fuq bażi anċillari għall-attività prinċipali tagħhom ta’ trobbija.
2)
L-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 882/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jawtorizzax lil Stat Membru japplika rati ta’ tariffi inferjuri għar-rati minimi previsti fit-Taqsima B tal-Anness IV u fit-Taqsima B tal-Anness V tar-Regolament Nru 882/2004.
(1) ĠU C 240, 9.7.2018
ĠU C 268, 30.7.2018