3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/27
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Mons — il-Belġju) — Mydibel SA vs État belge
(Kawża C-201/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Proprjetà immobbli ta’ investiment - Bejgħ u kiri (sale and lease back) - Aġġustament tat-tnaqqis tal-VAT - Prinċipju ta’ newtralità tal-VAT - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament)
(2019/C 187/31)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Mons
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mydibel SA
Konvenut: État belge
Dispożittiv
1)
Bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju tal-punti ta’ fatt u ta’ dritt nazzjonali rilevanti, l-Artikoli 184, 185, 187 u 188 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2009/162/UE tat 22 ta’ Diċembru 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jimponux obbligu ta’ aġġustament tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imposta fuq proprjetà immobbli li inizjalment tnaqqset b’mod korrett, meta din il-proprjetà kienet is-suġġett ta’ tranżazzjoni ta’ sale and lease back (bejgħ u kiri lura) mhux suġġetta għall-VAT f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali.
2)
Interpretazzjoni tal-Artikoli 184, 185, 187 u 188 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata permezz tad-Direttiva 2009/162, fis-sens li huma jimponu obbligu ta’ aġġustament tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) inizjalment imnaqqsa f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija konformi mal-prinċipji ta’ newtralità tal-VAT u ta’ ugwaljanza fit-trattament.
(1) ĠU C 182, 28.5.2018.