9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tax-Schienen-Control Kommission — l-Awstrija) — WESTbahn Management GmbH vs ÖBB-Infrastruktur AG
(Kawża C-210/18) (1)
(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Żona ferrovjarja unika Ewropea - Direttiva 2012/34/UE - Artikolu 3 - Kunċett ta’ ‘infrastruttura ferrovjarja” - Anness II - Provvisti minimi - Inklużjoni tal-użu tal-pjattaformi tal-passiġġieri)
(2019/C 305/21)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Schienen-Control Kommission
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: WESTbahn Management GmbH
Konvenuta: ÖBB-Infrastruktur AG
Dispożittiv
L-Anness II tad-Direttiva 2012/34 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jfisser li l-“pjattaformi għall-passiġġieri”, imsemmija fl-Anness I ta’ din id-direttiva, huma parti mill-infrastruttura ferrovjarja li l-użu tagħhom jaqa’ fil-pakkett ta’ aċċess minimu, konformement mal-punt 1(c) tal-imsemmi Anness II.
(1) ĠU C 231, 2.7.2018.