17.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 206/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Sopocie Wydział I Cywilny — il-Polonja) — proċeduri mressqa minn H.W.
(Kawża C-214/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/112/KE - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv - Eżekuzzjoni forzata - Remunerazzjonijiet iddeterminati mil-liġi - Prassi amministrattiva tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li tqis li l-ammont ta’ dawn ir-remunerazzjonijiet jinkludi l-VAT - Prinċipji ta’ newtralità u ta’ proporzjonalità)
(2019/C 206/15)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy w Sopocie
Partijiet fil-kawża prinċipali
H. W.
Fil-preżenza ta’: PSM “K”, Aleksandra Treder, li qed taġixxi fil-kapaċità tagħha bħala uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv fi ħdan is-Sąd Rejonowy w Sopocie
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/43/UE tat-22 ta’ Lulju 2013, kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità tal-VAT u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux prassi amministrattiva tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha l-VAT relatata mas-servizzi pprovduti minn uffiċjal ġudizzjarju eżekuttiv fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata titqies li hija inkluża fir-remunerazzjoni li dan tal-aħħar jirċievi.
(1) ĠU C 259, 23.7.2018