25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-ĦamesAwla) tat-18 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – VIPA Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. vs Országos Gyógyszerészeti és Élelmezés-egészségügyi Intézet
(Kawża C-222/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kura tas-saħħa transkonfinali - Direttiva 2011/24/UE - Artikolu 3(k) u l-Artikolu 11(1) - Preskrizzjoni - Kunċett - Rikonoxximent ta’ preskrizzjoni stabbilita fi Stat Membru ieħor minn persuna awtorizzata - Kundizzjonijiet - Moviment liberu tal-merkanzija - Projbizzjoni ta’ miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-esportazzjoni - Artikoli 35 u 36 TFUE - Restrizzjoni fuq il-provvista, minn spiżerija, ta’ prodotti mediċinali bil-preskrizzjoni medika - Ordni maħruġa fi Stat Membru ieħor - Ġustifikazzjoni - Protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni - Direttiva 2001/83/KE - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 81 - Provvista ta’ prodotti mediċinali lill-popolazzjoni ta’ Stat Membru)
(2019/C 399/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: VIPA Kereskedelmi és Szolgáltató Kft.
Konvenut: Országos Gyógyszerészeti és Élelmezés-egészségügyi Intézet
Dispożittiv
L-Artikolu 3(k) u l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha spiżerija ta’ dan l-Istat Membru ma tkunx permessa li tipprovdi prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni medika abbażi ta’ ordni meta din l-ordni tkun inħarġet minn professjonist tas-saħħa awtorizzat sabiex jippreskrivi prodotti mediċinali u sabiex jeżerċita l-attività tiegħu fi Stat Membru ieħor, filwaqt li tali provvista tkun permessa meta tali ordni tkun inħarġet minn professjonist tas-saħħa awtorizzat sabiex jeżerċita l-attività tiegħu f’dan l-ewwel Stat Membru, filwaqt li jkun ippreċiżat li, skont din il-leġiżlazzjoni, tali ordnijiet ma jinkludux l-isem tal-pazjent ikkonċernat.
L-Artikoli 35 u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux tali leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, sa fejn din il-leġiżlazzjoni hija ġġustifikata minn għan ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni, hija xierqa sabiex tiżgura t-twettiq ta’ dan l-għan u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan jintlaħaq, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 221, 25.6.2018.
Full & Egal Universal Law Academy