1.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny — il-Polonja) — Budimex S.A. vs Minister Finansów
(Kawża C-224/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 66 - Fatt taxxabbli u eżiġibbiltà tat-taxxa - Mument li fih isseħħ il-provvista ta’ servizzi - Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u ta’ installazzjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tal-mument ta’ aċċettazzjoni tax-xogħlijiet prevista fil-kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi)
(2019/C 220/09)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Budimex S.A.
Konvenut: Minister Finansów
Dispożittiv
L-ewwel paragrafu (c) tal-Artikolu 66 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat-13 ta’ Lulju 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, fil-każ ta’ assenza ta’ ħruġ jew ta’ ħruġ tardiv tal-fattura relatata mal-għoti tal-provvista ta’ servizzi, li l-aċċettazzjoni formali ta’ din il-provvista ta’ servizz titqies bħala l-mument meta twettqet l-imsemmija provvista, fil-każ fejn, bħal fil-kawża prinċipali, l-Istat Membru jipprevedi li t-taxxa ssir eżiġibbli mal-iskadenza ta’ terminu li jibda jiddekorri mill-jum li fih tkun twettqet il-provvista, sa fejn, minn naħa, il-formalità tal-aċċettazzjoni ġiet miftiehma mill-partijiet fil-kuntratt li jivvinkolahom mat-termini ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali relatati mar-realtà ekonomika u kummerċjali tal-qasam li fih tkun twettqet il-provvista ta’ servizz u, min-naħa l-oħra, li din il-formalità tikkorrispondi mat-tlestija materjali tal-provvista ta’ servizz u tiffissa b’mod definittiv l-ammont tal-korrispettiv dovut, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 231, 2.7.2018