1.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny — il-Polonja) — Grupa Lotos S.A. vs Minister Finansów
(Kawża C-225/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Artikolu 17(2) u (6) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 168 u 176 - Esklużjoni mid-dritt għal tnaqqis - Akkwist ta’ servizzi ta’ akkomodazzjoni u ta’ ristorazzjoni - Klawżola ta’ standstill - Adeżjoni għall-Unjoni Ewropea)
(2019/C 220/10)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Grupa Lotos S.A.
Konvenut: Minister Finansów
Dispożittiv
L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li:
—
jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi l-estensjoni tal-kamp ta’ esklużjoni tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), wara l-adeżjoni tal-Istat Membru kkonċernat għall-Unjoni, u li jimplika li persuna taxxabbli, fornitur ta’ servizzi turistiċi, tkun imċaħħda, mid-dħul fis-seħħ ta’ din l-estensjoni, tad-dritt li titnaqqas il-VAT imposta fuq ix-xiri ta’ servizzi ta’ akkomodazzjoni u ta’ ristorazzjoni li din il-persuna taxxabbli tiffattura mill-ġdid lil persuni taxxabbli oħra fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi turistiċi u,
—
ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi l-esklużjoni mid-dritt għal tnaqqis tal-VAT imħallsa fuq ix-xiri ta’ servizzi ta’ akkomodazzjoni u ta’ ristorazzjoni, introdotta preċedentement għall-adeżjoni ta’ dan l-Istat Membru għall-Unjoni u miżmuma wara din l-adeżjoni, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 176 tad-Direttiva 2006/112, u li timplika li persuna taxxabbli, li ma tipprovdix servizzi turistiċi, tiġi mċaħħda mid-dritt li tnaqqas il-VAT imposta fuq ix-xiri ta’ tali servizzi ta’ akkomodazzjoni u ta’ ristorazzjoni u li l-persuna taxxabbli tiffattura mill-ġdid lil persuni taxxabbli oħra.
(1) ĠU C 231, 2.7.2018