8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Tirol — l-Awstrija) — PI vs Landespolizeidirektion Tirol
(Kawża C-230/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 49 TFUE - Artikolu 15(2) u Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Libertà ta’ stabbiliment u libertà li jiġu pprovduti servizzi - Restrizzjoni - Deċiżjoni li jingħalaq immedjatament stabbiliment kummerċjali - Assenza ta’ motivazzjoni - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Prevenzjoni tat-twettiq ta’ reati kriminali fir-rigward ta’ persuni li jaħdmu fil-prostituzzjoni - Protezzjoni tas-saħħa pubblika - Natura proporzjonata tar-restrizzjoni tal-libertà ta’ stabbiliment - Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ġenerali tad-dritt għal amministrazzjoni tajba)
(2019/C 230/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesverwaltungsgericht Tirol
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: PI
Konvenuta: Landespolizeidirektion Tirol
Dispożittiv
L-Artikolu 49 TFUE, l-Artikolu 15(2) u l-Artikoli 16, 47 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-prinċipju ġenerali tad-dritt għal amministrazzjoni tajba għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fit-tilwima fil-kawża prinċipali, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li awtorità amministrattiva tista’ tiddeċiedi li tagħlaq b’effett immedjat stabbiliment kummerċjali għar-raġuni li tissuspetta l-eżerċizzju, fi ħdan dan l-istabbiliment, ta’ attività ta’ prostituzzjoni mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa minn din il-leġiżlazzjoni, sa fejn din tal-aħħar, minn naħa, ma teżiġix li tali deċiżjoni tkun motivata, fil-fatt u fil-liġi, bil-miktub u kkomunikata lid-destinatarju tagħha u, min-naħa l-oħra, teżiġi li talba, mill-imsemmija destinatarju, għall-annullament tal-istess deċiżjoni tkun, min-naħa tagħha, motivata.
(1) ĠU C 249, 16.7.2018.