29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny — il-Polonja) — Vega International Car Transport and Logistic — Trading GmbH vs Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie
(Kawża C-235/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 135(1)(b) - Provvista ta’ merkanzija - Eżenzjonijiet għal attivitajiet oħra - Għoti u negozjar ta’ kreditu - Kards tal-karburant)
(2019/C 255/17)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vega International Car Transport and Logistic — Trading GmbH
Konvenuta: Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie
Dispożittiv
L-Artikolu 135(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ kards tal-karburant minn kumpannija omm lis-sussidjarji tagħha, li jippermetti lil dawn tal-aħħar jimlew bil-karburant vetturi li huma jittrasportaw, jista’ jiġi kklassifikat bħala servizz ta’ għoti ta’ kreditu li huwa eżentat mit-taxxa fuq il-valur miżjud fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 231, 2.7.2018.