8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 — Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni vs Yosu Galocha
(Kawża C-243/18 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kompetizzjoni - Sentenza ta’ annullament - Portata tal-annullament - Ibbilanċjar tal-interessi kontrapposti - Annullament tal-listi ta’ riżerva - Annullament tad-deċiżjonijiet li jiġu rreklutati kandidati li għaddew li jidhru f’dawn il-listi)
(2019/C 230/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (rappreżentanti: G. Poszler u R. Hanak, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Yosu Galocha (rappreżentant: A. Asmaryan Degtyareva, abogada)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 249, 16.7.2018.