3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/28
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-21 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Tribunale ordinario di Udine — l-Italja) — Tecnoservice Int. Srl, fi stralċ vs Poste Italiane SpA
(Kawża C-245/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Servizzi ta’ ħlas fis-suq intern - Direttiva 2007/64/KE - Artikolu 74(2) - Ordni ta’ ħlas permezz ta’ trasferiment - Identifikatur uniku mhux korrett ipprovdut minn min iħallas - Eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ ħlas abbażi tal-identifikatur uniku - Responsabbiltà tal-fornitur tas-servizzi ta’ ħlas ta’ benefiċjarju)
(2019/C 187/32)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale ordinario di Udine
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tecnoservice Int. Srl, fi stralċ
Konvenuta: Poste Italiane SpA
Dispożittiv
L-Artikolu 74(2) tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE, għandu jiġi interpretati fis-sens li, meta ordni ta’ ħlas tkun imwettqa b’mod konformi mal-identifikatur uniku pprovdut mill-utent ta’ servizzi ta’ ħlas, li ma jikkorrispondix ma’ isem il-benefiċjarju indikat minn dan l-istess utent, il-limitazzjoni tar-responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas, prevista f’din id-dispożizzjoni, tapplika kemm għall-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ min iħallas kif ukoll għall-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas tal-benefiċjarju.
(1) ĠU C 249, 16.07.2018