19.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 280/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2019 — Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-247/18 P) (1)
(Appell - Fond Soċjali Ewropew (FSE) - Programm Operattiv taħt l-Objettiv 1 għar-Reġjun ta’ Sicilia (2000-2006) - Tnaqqis tal-kontribuzzjoni finanzjarja inizjalment mogħtija - Regolament (KE) Nru 1260/1999 - Artikolu 39 - Setgħat ta’ kontroll - Verifiki meħtieġa - Korrezzjonijiet finanzjarji - Kalkolu - Metodu b’estrapolazzjoni)
(2019/C 280/07)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, P. Gentili, avvocato dello Stato)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Arenas u F. Tomat, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 182, 28.05.2018
Full & Egal Universal Law Academy