9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/19
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs CEVA Freight Holland BV
(Kawża C-249/18) (1)
(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kodiċi Doganali - Dikjarazzjoni doganali - Indikazzjoni żbaljata tas-subintestatura tan-Nomenklatura Magħquda - Avviż ta’ irkupru - Artikolu 78 ta’ dan il-kodiċi - Reviżjoni tad-dikjarazzjoni - Emenda tal-valur tal-merkanzija - Artikolu 221 tal-imsemmi kodiċi - Terminu ta’ preskrizzjoni tad-dritt għad-dritt ta’ rkupru tad-dejn doganali - Interruzzjoni)
(2019/C 305/23)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuta: CEVA Freight Holland BV
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 Kunsill tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat birRegolament (KE) Nru 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2000, għandu jiġi interpretat li jfisser li, meta d-dikjarant ikollu d-dritt li jagħżel il-prezz ta’ merkanzija mibjugħa għall-esportazzjoni lejn it-territorju tal-Unjoni Ewropea jista’ jintuża bħala l-bażi ta’ valutazzjoni għad-determinazzjoni tal-valur doganali tagħhom, u li jirriżulta minn kontroll a posteriori li d-dikjarazzjoni doganali li għamel ikun fiha żball ta’ klassifikazzjoni doganali tal-merkanzija kkonċernata li jirriżulta fl-applikazzjoni ta’ dazju doganali ogħla, huwa jista’ jitlob, abbażi tal-Artikolu 78, ir-reviżjoni ta’ din id-dikjarazzjoni sabiex jikseb is-sostituzzjoni tal-prezz inizjalment indikat bi prezz ta’ tranżazzjoni iktar baxx sabiex jikseb it-tnaqqis tal-ammont tad-dejn doganali tiegħu.
2)
L-Artikolu 221(1) u (3) tar-Regolament Nru 2913/92 kif emendat bir-Regolament Nru 2700/2000, għandu jiġi interpretat li jfisser li huma l-Istati Membri li jiddeterminaw, fl-osservanza tal-prinċipji ta’ effettività u ekwivalenza, id-data li fiha għandha ssir il-komunikazzjoni lid-debitur dwar l-ammont ta’ dazji sabiex jiġi interrott it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin li meta jiskadi jintemm id-dejn doganali.
(1) ĠU C 276, 6.8.2018.