8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Stadt Euskirchen vs Rhenus Veniro GmbH & Co. KG
(Kawża C-253/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq - Regolament (KE) Nru 1370/2007 - Artikolu 5(1) u (2) - Għoti dirett - Kuntratti għal servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bix-xarabank jew bit-tram - Kundizzjonijiet - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 12 - Direttiva 2014/25/UE - Artikolu 28)
(2019/C 230/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stadt Euskirchen
Konvenuta: Rhenus Veniro GmbH & Co. KG
fil-preżenza ta’: SVE Stadtverkehr Euskirchen GmbH, RVK Regionalverkehr Köln GmbH
Dispożittiv
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma japplikax għall-għoti dirett ta’ kuntratti li jirrigwardaw servizz pubbliċi ta’ trasport permezz tax-xarabank li ma għandhomx il-forma ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, fis-sens tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni.
(1) ĠU C 249, 16.7.2018.
Full & Egal Universal Law Academy