1.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-2 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 3 de Madrid — Spanja) — Sociedad Estatal Correos y Telégrafos SA vs Asendia Spain SLU
(Kawża C-259/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 97/67/KE - Regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali - Provvista tas-servizz postali universali - Drittijiet esklużivi tal-operatur innominat - Ħruġ ta’ mezzi ta’ postaġġ minbarra bolol)
(2019/C 220/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil no 3 de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sociedad Estatal Correos y Telégrafos SA
Konvenuta: Asendia Spain SLU
Dispożittiv
L-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, kif emendata bid-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tiggarantixxi lill-operatur innominat għall-provvista tas-servizz postali universali dritt esklużiv għad-distribuzzjoni ta’ mezzi ta’ postaġġ minbarra l-bolol postali.
(1) ĠU C 221, 25.6.2018.