1.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas — il-Litwanja) — Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos vs Akvilė Jarmuškienė
(Kawża C-265/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali - Sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Skema partikolari għall-impriżi żgħar - Artikoli 282 sa 292 - Eżenzjoni mill-VAT għall-impriżi żgħar li d-dħul mill-bejgħ annwali tagħhom huwa inqas mil-livell stabbilit - Kunsinna simultanja ta’ żewġ proprjetajiet immobbli permezz ta’ tranżazzjoni waħda - Qbiż tal-limitu annwali tad-dħul mill-bejgħ fid-dawl tal-prezz tal-bejgħ ta’ waħda miż-żewġ proprjetajiet - Obbligu li titħallas it-taxxa fuq il-valur totali tat-tranżazzjoni)
(2019/C 220/13)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos
Konvenuta: Akvilė Jarmuškienė
fil-preżenza ta’: Vilniaus apskrities valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos
Dispożittiv
L-Artikoli 282 sa 292 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta kunsinna, favur l-istess xerrej, tinkludi żewġ proprjetajiet immobbli, marbuta min-natura tagħhom u inklużi f’kuntratt ta’ bejgħ wieħed, u meta jinqabeż il-limitu annwali tad-dħul mill-bejgħ li jservi ta’ referenza għall-applikabbiltà tal-iskema partikolari għall-impriżi żgħar prevista minn din id-direttiva, il-persuna taxxabbli hija obbligata tħallas it-taxxa fuq il-bażi tal-valur tal-kunsinna inkwistjoni kollha, jiġifieri billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-valur taż-żewġ proprjetajiet li huma s-suġġett ta’ din il-kunsinna, anki jekk it-teħid inkunsiderazzjoni tal-valur ta’ waħda minn dawn il-proprjetajiet ma kienx iwassal sabiex jinqabeż l-imsemmi limitu annwali.
(1) ĠU C 276, 6.8.2018.