1.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Bacău — ir-Rumanija) — SC Onlineshop SRL vs Agenția Națională de Administrare Fiscală (ANAF), Direcția Generală a Vămilor
(Kawża C-268/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Subintestaturi 85269120 u 85285900 - Sistema ta’ navigazzjoni bil-GPS li fiha diversi funzjonijiet)
(2019/C 220/14)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bacău
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Onlineshop SRL
Konvenuti: Agenția Națională de Administrare Fiscală (ANAF), Direcția Generală a Vămilor
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1754 tas-6 ta’ Ottubru 2015, għandha tiġi interpretata fis-sens li apparat multifunzjonali tat-tip użat fil-vetturi bil-mutur li, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġbor fih, fl-istess qafas, bħala l-funzjoni prinċipali, moniter tar-radjunavigazzjoni permezz ta’ applikazzjonijiet installati minn qabel għan-navigazzjoni bil-GPS u, b’mod aċċessorju, apparat ta’ emissjoni ta’ xandir bir-radju, apparat għar-riproduzzjoni tal-awdjo u tal-vidjow, u skrin ta’ qisien dijagonali ta’ madwar 5 pulzieri (12.7 cm), għandu jiġi kklassifikat fis-subintestatura 85269120 ta’ din in-nomenklatura.
(1) ĠU C 249, 16.7.2018.