9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa — il-Latvja — SIA “Kuršu zeme” vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-273/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa - Artikolu 168 - Katina ta’ kunsinni ta’ oġġetti - Ċaħda tad-dritt għat-tnaqqis minħabba l-eżistenza ta’ din il-katina - Obbligu li l-awtorità tat-taxxa kompetenti tistabbilixxi l-eżistenza ta’ prattika abbużiva)
(2019/C 305/24)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA “Kuršu zeme”
Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests
Dispożittiv
L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat-13 ta’ Lulju 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi miċħud id-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-input imħallsa, il-fatt li xiri ta’ oġġetti seħħ fi tmiem katina ta’ trażazzjonijiet ta’ bejgħ suċċessiv bejn diversi persuni u li l-persuna taxxabbli daħlet fil-pussess tal-oġġetti kkonċernati fil-maħżen ta’ persuna li tifforma parti minn din il-katina, li ma hijiex il-persuna indikata bħala l-fornitur fuq il-fattura, ma huwiex fih innifsu suffiċjenti biex tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ prattika abbużiva mill-persuna taxxabbli jew mill-persuni l-oħra involuti fl-imsemmija katina, sa fejn l-awtorità tat-taxxa kompetenti hija obbligata li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ vantaġġ fiskali indebitu li minnu bbenefikat din il-persuna taxxabbli, jew dawn il-persuni l-oħra.
(1) ĠU C 259, 23.07.2018