3.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 187/29
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — ir-Repubblika Ċeka) — Milan Vinš vs Odvolací finanční ředitelství
(Kawża C-275/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 131 u Artikolu 146(1)(a) - Eżenzjoni ta’ kunsinni ta’ oġġetti mibgħuta jew ittrasportati barra mill-Unjoni Ewropea - Kundizzjoni ta’ eżenzjoni prevista mid-dritt nazzjonali - Tqegħid ta’ oġġetti taħt proċedura doganali partikolari - Prova ta’ tqegħid taħt il-proċedura tal-esportazzjoni)
(2019/C 187/33)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Milan Vinš
Konvenut: Odvolací finanční ředitelství
Dispożittiv
L-Artikolu 146(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-Artikolu 131 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali tissuġġetta l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud prevista għal oġġetti maħsuba għall-esportazzjoni barra mill-Unjoni Ewropea għall-kundizzjoni li dawn l-oġġetti jkunu tqiegħdu taħt il-proċedura doganali tal-esportazzjoni, f’sitwazzjoni fejn jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet sostantivi għall-eżenzjoni, fosthom b’mod partikolari dik li teżiġi l-ħruġ effettiv, mit-territorju tal-Unjoni, tal-oġġetti kkonċernati, ikunu ssodisfatti.
(1) ĠU C 221, 25.6.2018.