15.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Frar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo — il-Portugall) — Manuel Jorge Sequeira Mesquita vs Fazenda Pública
(Kawża C-278/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Eżenzjoni - Artikolu 13B(b) - Kiri u lokazzjoni ta’ proprjetajiet immobbli - Kunċett - Kuntratt ta’ ċessjoni tal-attività agrikola ta’ art rurali miksija bid-dwieli)
(2019/C 139/19)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Manuel Jorge Sequeira Mesquita
Konvenuta: Fazenda Pública
Dispożittiv
L-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud għall-kiri u l-lokazzjoni ta’ proprjetà immobbli previst f’din id-dispożizzjoni tapplika għal kuntratt ta’ ċessjoni tal-attività agrikola ta’ art rurali miksija bid-dwieli lil kumpannija li teżerċita attività fis-settur tal-vitikultura, konkluż għal perijodu ta’ sena, li jiġġedded awtomatikament, li għandu bħala kontroparti qbiela li titħallas fit-tmiem ta’ kull perijodu annwali.
(1) ĠU C 259, 23.7.2018