17.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 206/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — X BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-288/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Nomenklatura Magħquda - Subintestaturi 85285100 u 85285940 - Moniters bi skrin ċatt b’teknoloġija tal-kristalli likwidi (LCD) li jistgħu juru sinjali li joriġinaw minn sistemi awtomatiċi tal-ipproċessar ta’ data - Ftehim dwar il-kummerċ tal-prodotti tat-teknoloġija tal-informatika)
(2019/C 206/19)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: X BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad-9 ta’ Ottubru 2012, għandha tiġi interpretata fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat jekk skrins ċatti b’teknoloġija tal-kristalli likwidi (LCD), iddisinjati u mmanifatturati biex juru kemm id-data li toriġina minn magna awtomatika tal-ipproċessar ta’ data kif ukoll is-sinjali vidjow komposti li joriġinaw minn sorsi oħra, għandhomx jiġu kklassifikati fis-subintestatura 85285100 tan-Nomenklatura Magħquda jew fis-subintestatura 85285940 ta’ din in-nomenklatura, huwa xieraq, filwaqt li jiġu eżaminati l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi kollha tagħhom, li jiġi evalwat kemm il-grad li fih dawn tal-aħħar jistgħu jeżerċitaw diversi funzjonijiet kif ukoll il-livell ta’ prestazzjoni li huma jilħqu fl-eżerċizzju ta’ dawn il-funzjonijiet, u dan sabiex jiġi ddeterminat jekk il-funzjoni primarja tagħhom hijiex li jintużaw ma’ sistema awtomatika tal-ipproċessar ta’ data. F’dan il-kuntest, importanza partikolari għandha tingħata lill-kwistjoni dwar jekk dawn humiex iddisinjati għal xogħol mill-qrib. Il-fatt li l-utent tal-iskrin u l-persuna li tipproċessa u/jew li ddaħħal id-data fil-magna awtomatika tal-ipproċessar ta’ data tkun l-istess persuna ma huwiex kriterju rilevanti għall-finijiet ta’ din id-determinazzjoni.
(1) ĠU C 276, 6.8.2018.