12.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel București — ir-Rumanija) — Grup Servicii Petroliere SA vs Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
(Kawża C-291/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 148(a) u (ċ) - Eżenzjonijiet marbuta mat-trasport internazzjonali - Kunsinna ta’ pjattaformi għat-tħaffir offshore li kapaċi jerfgħu lilhom innifishom - Kunċett ta’ “bastiment użat għan-navigazzjoni f’ibħra internazzjonali” - Portata)
(2019/C 270/13)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel București
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Grup Servicii Petroliere SA
Konvenuti: Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor, Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Administrare a Marilor Contribuabili
Dispożittiv
L-Artikolu 148(a) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjoni “bastimenti użati għan-navigazzjoni fl-ibħra fil-miftuħ [f’ibħra internazzjonali]” li tinsab f’dan l-artikolu ma tapplikax għall-kunsinna ta’ strutturi li jżommu f’wiċċ l-ilma, bħalma huma pjattaformi għat-tħaffir offshore li kapaċi jerfgħu lilhom innifishom tat-tip bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jintużaw b’mod predominanti f’pożizzjoni wieqfa sabiex jiġu sfruttati riżervi ta’ idrokarburi fil-baħar.
(1) ĠU C 259, 23.7.2018.
Full & Egal Universal Law Academy