1.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Markkinaoikeus — il-Finlandja) — fil-proċedura mressqa minn Oulun Sähkönmyynti Oy
(Kawża C-294/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Effiċjenza enerġetika - Direttiva 2012/27/UE - Artikolu 11(1) - Spiża tal-aċċess għal informazzjoni dwar kejl tal-konsum u fatturi għall-elettriku - Dritt tal-klijenti finali li jirċievu l-fatturi u l-informazzjoni kollha dwar il-fatturazzjoni għall-konsum tal-enerġija mingħajr ħlas - Spejjeż ta’ aċċess għan-netwerk tal-elettriku - Tnaqqis fuq l-ispejjeż ta’ aċċess għan-netwerk tal-elettriku mogħtija minn impriża ta’ bejgħ tal-enerġija elettrika lill-klijenti li għażlu l-fattura elettronika)
(2019/C 220/15)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiz
Qorti tar-rinviju
Markkinaoikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Oulun Sähkönmyynti Oy
Dispożittiv
L-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, huwa ma jipprekludix tnaqqis fuq l-ispejjeż ta’ aċċess għan-netwerk tal-elettriku mogħtija minn impriża tal-bejgħ bl-imnut tal-elettriku lill-klijenti finali li jkunu għażlu fattura elettronika.
(1) ĠU C 240, 09.07.2018.