17.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 206/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação do Porto — il-Portugall) — Mediterranean Shipping Company (Portugal) — Agentes de Navegação S.A. vs Banco Comercial Português SA, Caixa Geral de Depósitos SA
(Kawża C-295/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Servizzi ta’ ħlas fis-suq intern - Direttiva 2007/64/KE - Artikoli 2 u 58 - Kamp ta’ applikazzjoni - Utent ta’ servizzi ta’ ħlas - Kunċett - Eżekuzzjoni ta’ ordni għal debitu dirett maħruġa minn terz marbuta ma’ kont li ma huwiex taħt ismu - Assenza ta’ awtorizzazzjoni tal-persuna li taħt isimha huwa rreġistrat il-kont iddebitat - Tranżazzjoni ta’ ħlas mhux awtorizzata)
(2019/C 206/20)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação do Porto
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mediterranean Shipping Company (Portugal) — Agentes de Navegação S.A.
Konvenuti: Banco Comercial Português SA, Caixa Geral de Depósitos SA
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “sevizzi ta’ ħlas”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, l-eżekuzzjoni ta’ debiti diretti mibdija minn min jitħallas minn kont ta’ ħlas li ma huwiex irreġistrat taħt ismu u li għaliha l-persuna li taħt isimha huwa rreġistrat il-kont iddebitat b’dan il-mod ma tatx il-kunsens tagħha.
2)
L-Artikolu 58 tad-Direttiva 2007/64 għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “utent ta’ servizzi ta’ ħlas”, fis-sens ta’ dan, il-persuna li taħt isimha huwa rreġistrat kont li minnu ġew eżegwiti debiti diretti mingħajr il-kunsens tagħha.
(1) ĠU C 259, 23.7.2018.