8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio — l-Italja) — Verdi Ambiente e Società (VAS) — Aps Onlus, Movimento Legge Rifiuti Zero per l’Economia Circolare Aps vs Presidenza del Consiglio dei Ministri et
(Kawża C-305/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2008/98/KE - Irkupru jew rimi ta’ skart - Stabbiliment ta’ sistema integrata ta’ immaniġġar ta’ skart li tiggarantixxi l-awtosuffiċjenza nazzjonali - Bini ta’ impjanti ta’ inċinerazzjoni jew żieda fil-kapaċità ta’ impjanti eżistenti - Klassifikazzjoni tal-impjanti ta’ inċinerazzjoni bħala “infrastrutturi u installazzjonijiet strateġiċi ta’ interess nazzjonali preeminenti” - Osservanza tal-prinċipju ta’ “ġerarkija tal-iskart” - Direttiva 2001/42/KE - Neċessità li ssir “evalwazzjoni ambjentali”)
(2019/C 230/20)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Verdi Ambiente e Società (VAS) — Aps Onlus, Movimento Legge Rifiuti Zero per l’Economia Circolare Aps
Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Regione Lazio, Regione Toscana, Regione Lombardia
fil-preżenza ta’: Associazione Mamme per la Salute e l’Ambiente Onlus, Comitato Donne 29 Agosto
Dispożittiv
1)
Il-prinċipju ta’ “ġerarkija tal-iskart”, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, u moqri fid-dawl tal-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikklassifika l-impjanti ta’ inċinerazzjoni tal-iskart bħala “infrastrutturi u installazzjonijiet strateġiċi ta’ interess nazzjonali preeminenti”, sakemm din il-leġiżlazzjoni tkun kompatibbli mad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-direttiva li jipprevedu obbligi iktar speċifiċi.
2)
L-Artikolu 2(a), l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, għandhom jiġu interpretati fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, komposta minn leġiżlazzjoni bażika u minn leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni, li żżid il-kapaċità tal-impjanti ta’ inċinerazzjoni tal-iskart eżistenti u li tipprevedi l-bini ta’ impjanti ġodda ta’ dan it-tip, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “pjanijiet u programmi”, fis-sens ta’ din id-direttiva, meta hija jista’ jkollha effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent u għandha, konsegwentement, tkun suġġetta għal evalwazzjoni ambjentali minn qabel.
(1) ĠU C 268, 30.7.2018.