12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/32
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Spetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Emil Milev
(Kawża C-310/18 PPU) (1)
((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Direttiva (UE) 2016/343 - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Referenzi pubbliċi għall-ħtija - Rimedji ġudizzjarji - Proċeduri ta’ stħarriġ tal-legalità ta’ miżura ta’ detenzjoni provviżorja”))
(2018/C 408/41)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Spetsializiran nakazatelen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Emil Milev
Dispożittiv
L-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet preliminari ta’ natura proċedurali, bħal deċiżjoni ta’ żamma ta’ miżura ta’ arrest provviżorju meħuda minn awtorità ġudizzjarja, li jkunu bbażati fuq suspetti jew provi kontra, sakemm dawn id-deċiżjonijiet ma jippreżentawx lill-persuna arrestata bħala ħatja. Min-naħa l-oħra, din id-direttiva ma tirregolax il-kundizzjonijiet li taħthom jistgħu jiġu adottati d-deċiżjonijiet ta’ arrest provviżorju.
(1) ĠU C 268, 30.07.2018.
Full & Egal Universal Law Academy