9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/21
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) — Ir-Renju Unit) — Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs The Chancellor, Masters and Scholars of the University of Cambridge
(Kawża C-316/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Spejjeż ta’ ġestjoni ta’ fond ta’ dotazzjoni li jagħmel investimenti bil-għan li jiġu koperti spejjeż tat-tranżazzjonijiet tal-output kollha mwettqa mill-persuna taxxabbli - Spejjeż ġenerali)
(2019/C 305/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Konvenut: The Chancellor, Masters and Scholars of the University of Cambridge
Dispożittiv
L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna taxxabbli li twettaq kemm attivitajiet suġġetti għall-VAT kif ukoll attivitajiet eżenti minn din it-taxxa, li tinvesti l-għotjiet u d-dotazzjonijiet li hija tirċievi f’fond, u li tuża d-dħul iġġenerat minn dan il-fond sabiex tkopri spejjeż ta’ dawn l-attivitajiet kollha, ma hijiex awtorizzata li tnaqqas, bħala spejjeż ġenerali, il-VAT tal-input imħallsa u relatata mal-ispejjeż marbuta ma’ dan l-investiment.
(1) ĠU C 249, 16.7.2018.