5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — il-Belġju) — Terre wallonne ASBL vs Région wallonne
(Kawża C-321/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 2001/42/KE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent - Digriet - Stabbiliment tal-għanijiet ta’ konservazzjoni għan-netwerk Natura 2000, skont id-Direttiva 92/43/KEE - Kunċett ta’ “pjanijiet u programmi” - Obbligu li ssir evalwazzjoni ambjentali)
(2019/C 263/21)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Terre wallonne ASBL
Konvenut: Région wallonne
Dispożittiv
L-Artikolu 3(2) u (4) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent għandu jiġi interpretat fis-sens li digriet, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tiegħu korp ta’ Stat Membru jistabbilixxi, fil-livell reġjonali għan-netwerk Natura 2000 tiegħu, għanijiet ta’ konservazzjoni li għandhom valur indikattiv, filwaqt li l-għanijiet ta’ konservazzjoni fil-livell ta’ siti għandhom valur regolatorju, ma jinsabx fost il-“pjanijiet u programmi”, fis-sens ta’ din id-direttiva, li għalihom huwa obbligatorju li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent.
(1) ĠU C 259, 23.7.2018.
Full & Egal Universal Law Academy