11.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/25
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove - Is-Slovakkja) – TE vs Pohotovosť s.r.o.
(Kawża C-331/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2008/48/KE - Protezzjoni tal-konsumaturi - Kreditu lill-konsumaturi - Artikolu 10(2)(h) u (i) u paragrafu (3) - Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-kuntratt - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu li jiġi speċifikat għal kull ħlas it-tqassim bejn ir-rimbors tal-kapital, l-interessi u l-ispejjeż)
(2019/C 383/26)
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Krajský súd v Prešove
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: TE
Konvenuta: Pohotovosť s.r.o.
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 10(2)(h) sa (j) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, moqri flimkien mal-Artikolu 22(1) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li l-kuntratt ta’ kreditu għandu jispeċifika t-tqassim ta’ kull rimbors bejn, skont il-każ, l-ammortizzament tal-kapital, l-interessi u l-ispejjeż l-oħra.
2)
L-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/48, kif interpretati mis-sentenza tad-9 ta’ Novembru 2016, Home Credit Slovakia (C-42/15, EU:C:2016:842), huma applikabbli għal kuntratt ta’ kreditu, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ġie konkluż qabel l-għoti ta’ din is-sentenza u qabel emenda tal-leġiżlazzjoni nazzjonali magħmula sabiex ikun hemm konformità mal-interpretazzjoni adottata fl-imsemmija sentenza.
(1) ĠU C 294, 20.08.2018.