9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/22
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 — Caviro Distillerie Srl, Distillerie Bonollo SpA, Distillerie Mazzari SpA, Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-345/18 P) (1)
(Appell - Politika kummerċjali - Dumping - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/176 - Importazzjoni ta’ aċidu tartariku li joriġina miċ-Ċina u li huwa prodott minn Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co. Ltd - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 3(2), (3) u (5) - Assenza ta’ dannu materjali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Determinazzjoni tad-dannu - Evalwazzjoni tal-fatturi u tal-indizji ekonomiċi rilevanti kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni Ewropea - Sehem mis-suq)
(2019/C 305/27)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Caviro Distillerie Srl, Distillerie Bonollo SpA, Distillerie Mazzari SpA, Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA (rappreżentanti: R. MacLean, Solicitor)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u A. Demeneix, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Caviro Distillerie Srl, Distillerie Bonollo SpA, Distillerie Mazzari SpA u Industria Chimica Valenzana (ICV) SpA huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 259, 23.7.2018.