25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 33 de Madrid - Spanja) – José Manuel Ortiz Mesonero vs UTE Luz Madrid Centro
(Kawża C-366/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2010/18/UE - Ftehim qafas irrevedut dwar il-leave parentali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti tal-leave parentali għal tnaqqis tal-ħin tax-xogħol, bi tnaqqis proporzjonali fis-salarju - Xogħol bix-xift b’ħinijiet varjabbli - Talba tal-ħaddiem sabiex iwettaq ix-xogħol tiegħu b’ħinijiet fissi sabiex jieħu ħsieb l-ulied minuri tiegħu - Direttiva 2006/54/KE - Ugwaljanza tal-opportunitajiet u ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Diskriminazzjoni indiretta - Inammissibbiltà parzjali)
(2019/C 399/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social no 33 de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: José Manuel Ortiz Mesonero
Konvenuta: UTE Luz Madrid Centro
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta’ Marzu 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li jħassar id-Direttiva 96/34/KE għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tapplikax għal leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi d-dritt ta’ ħaddiem, sabiex jieħu ħsieb direttament minuri jew membri tal-familja tiegħu li jkunu taħt il-kustodja tiegħu, li jnaqqas il-ħin tax-xogħol ordinarju tiegħu, bi tnaqqis proporzjonali fis-salarju tiegħu, mingħajr ma jkun jista’, meta s-sistema ta’ xogħol abitwali tiegħu hija bix-xift b’ħinijiet varjabbli, jibbenefika minn ħinijiet tax-xogħol fissi, filwaqt li jżomm il-ħin tax-xogħol ordinarju tiegħu.
(1) ĠU C 294, 20.8.2018.
Full & Egal Universal Law Academy