6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative d’appel de Nancy — Franza) — Ministre de l'Action et des Comptes publics vs Sinjur u Sinjura Raymond Dreyer
(Kawża C-372/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 3 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Imposti fuq id-dħul mill-assi ta’ resident Franċiż affiljat mal-iskema ta’ sigurtà soċjali Svizzera - Imposti assenjati għall-finanzjament ta’ żewġ benefiċċji ġestiti mill-fond nazzjonali Franċiż ta’ solidarjetà għall-għajxien indipendenti - Rabta diretta u suffiċjentement rilevanti ma’ ċerti fergħat tas-sigurtà soċjali - Kunċett ta’ “benefiċċju tas-sigurtà soċjali” - Evalwazzjoni individwali tal-ħtiġijiet personali tal-applikant - Teħid inkunsiderazzjoni tar-riżorsi tal-applikant fil-kalkolu tal-ammont tal-benefiċċji)
(2019/C 155/19)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour administrative d’appel de Nancy
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ministre de l’Action et des Comptes publics
Konvenuti: Sinjur u Sinjura Raymond Dreyer
Dispożittiv
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li benefiċċji, bħall-allowance personali għall-għajxien indipendenti u l-benefiċċju kumpensatorju għad-diżabbiltà, għandhom, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom bħala “benefiċċji tas-sigurtà soċjali” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jitqiesu li huma mogħtija mingħajr ebda evalwazzjoni individwali tal-ħtiġijiet personali tal-benefiċjarju, peress li r-riżorsi ta’ dan tal-aħħar jittieħdu inkunsiderazzjoni biss għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont effettiv ta’ dawn il-benefiċċji abbażi ta’ kriterji oġġettivi u legalment iddefiniti.
(1) ĠU C 285, 13.8.2018.