9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/23
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie — il-Polonja) — Delfarma Sp. z o.o. vs Prezes Urzędu Rejestracji Produktów Leczniczych, Wyrobów Medycznych i Produktów Biobójczych
(Kawża C-387/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 34 u 36 TFUE - Moviment liberu tal-merkanzija - Miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva - Protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni - Importazzjoni parallela ta’ prodotti mediċinali - Prodotti mediċinali ta’ referenza u prodotti mediċinali ġeneriċi - Rekwiżit li l-prodott mediċinali importat u dak li kien is-suġġett ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq fl-Istat Membru ta’ importazzjoni għandhom ikunu t-tnejn li huma prodotti mediċinali ta’ referenza jew it-tnejn li huma prodotti mediċinali ġeneriċi)
(2019/C 305/28)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Wojewódzki Sąd Administracyjny w Warszawie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Delfarma Sp. z o.o.
Konvenuti: Prezes Urzędu Rejestracji Produktów Leczniczych, Wyrobów Medycznych i Produktów Biobójczych
Dispożittiv
L-Artikoli 34 u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, sabiex tkun tista’ tinħareġ awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela ta’ prodott mediċinali, tirrikjedi li dan il-prodott mediċinali u l-prodott mediċinali li kien is-suġġett ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq f’dan l-Istat Membru jkunu t-tnejn li huma prodotti mediċinali ta’ referenza jew it-tnejn li huma prodotti mediċinali ġeneriċi, u li, għalhekk, tipprojbixxi l-ħruġ ta’ kwalunkwe awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni parallela ta’ prodott mediċinali meta dan ikun prodott mediċinali ġeneriku filwaqt li l-prodott mediċinali diġà awtorizzat fl-imsemmi Stat Membru huwa prodott mediċinali ta’ referenza.
(1) ĠU C 294, 20.08.2018