12.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbeidsrechtbank Antwerpen — il-Belġju) — Tine Vandenbon, Jamina Hakelbracht, Instituut voor de Gelijkheid van Vrouwen en Mannen vs WTG Retail BVBA
(Kawża C-404/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2006/54/KE - Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa - Aċċess għall-impjiegi u kundizzjonijiet tax-xogħol - Artikolu 24 - Protezzjoni mill-miżuri ta’ ritaljazzjoni - Ċaħda ta’ kandidata għall-impjieg minħabba t-tqala tagħha - Ħaddiem li intervjena favur din il-kandidata - Tkeċċija tal-ħaddiem)
(2019/C 270/14)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Arbeidsrechtbank Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tine Vandenbon, Jamina Hakelbracht, Instituut voor de Gelijkheid van Vrouwen en Mannen
Konvenut: WTG Retail BVBA
Dispożittiv
L-Artikolu 24 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha, f’sitwazzjoni fejn persuna li tqis lilha nnifisha vittma ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess ippreżentat ilment, ħaddiem li appoġġjaha f’dan il-kuntest ikun protett kontra miżuri ta’ ritaljazzjoni meħuda mill-persuna li timpjega biss jekk dan ikun aġixxa bħala xhud fl-ambitu tal-investigazzjoni ta’ dan l-ilment u x-xhieda tiegħu tkun tissodisfa r-rekwiżiti formali previsti mill-imsemmija leġiżlazzjoni.
(1) ĠU C 311, 3.9.2018
Full & Egal Universal Law Academy